NIES MALTIN MAGHRUFA FIL-QASAM TA' L-OPRA
INTRODUCTION

HISTORICAL BACKGROUND

BURNING 1873

ICILIO CALLEJA

PICTURE GALLERY

FAVOURITE LINKS

COMMENTS






---------------------------------------------------------------------------------------

ICILIO CALLEJA 1882-1942

---------------------------------------------------------------------------------------

Minghajr ebda tlaqliq ta xejn Icilio Calleja huwa l-akbar artista kantant li kien igib l-isem Malti, sal lum. ghad ikolna ohrajn daqsu? Jew akbar minnu? Alla bis jaf!



Hawn min jippretendi li kul min jitwieled barra min Malta mhux Malti. Dan hu zball kbir, u l-ahjar prova li l- Francizi, fosthom Larousse, mgharuf mad-dinja ghad- dizzjunarju Franciz, ghallavolja twieled Malta izda kien ta nisel Franciz.



Nixtieq izda nghati xi spejgazjoni ghaliex Calleja jien nikkunsidrah bhala Malti mija fil mija. Sakem ma sarx it- trattat ta Montreux, fl-Egittu kienu jezistu l- kapitolazzjonijiet, jigifieri certi nazzjonijiet kellhom dak il privilegg li jghamlu mis-sudditi taghhom huma infushom kemm fil-ligi civili kif wkoll kriminali; dan ifisser mela li l-Egittu kien jikkonsisti f'hafna nazzjonijiet indipendenti u ghalkemm kull nazzjon, nghidu ahna Maltin bhala sehem mil-Imperu Brittaniku baqghet tuza l-ligijiet taghha, il-prerogativi taghha d-drittijiet taghha. u bhala konseguenza dan iffisser li fi zmien Calleja l-Maltin ta l-Egittu kienu donnhom qeghdin ighixu fl-istess Malta. il-lum dawk iz-zmenijiet tbiddlu ghax il-kapitolazzjonijiet spiccaw u dawk li ftit Maltin li ghad jibqghu jghixu fl-Egittu jkollhom jassorbu ruhom ma l-Egizzjani u jitilfu kul karattru taghhom Malti.



Barra minn dan hemm spejgazjoni aktar oggettiva. Calleja nnfisu dejjem sostna li huwa Malti u l-festa li ghamlulu l-Maltin meta gie Malta, hija l-akbar prova li l-poplu kien jahsibha bhali. Issa naraw kif jigu l- kumbinazzjonijiet.



In-nannu ta Icilio Calleja kien min Haz-zebbug, hu jekk niftakar sewwa xogholu kien ta kok, li emigra lejn l-Egittu ma certu Baruni jew Konti Zimmermann. Kellu tifel jismu Giovanni li kien lahaq, wiehed mid-diretturi tal Barclays Bank (li dak iz-zmien kien jismu The Angolo-Egyptian Bank) ta Lixandra, u dana kien izzewweg lis-sinjura Concetta Polito, min Korfu. Minnha kellu zewg subien, Michel u Antonio. Michel kien imsemmi ghal nannuh Mikiel Calleja min Haz-zebbug. Antonio gie imsemmi ghal Monsinjur Antonio Polito, hu is-sinjura Concetta.


Fl-1882 fl-okkazjoni tal bumbardament ta Lixandra mil-Inglizi, il Maltin kien evakwati, u l-akbar ghadd fosthom kienu gibhuhom Malta. Billi izda s-sinjura Concetta Polito kienet min Korfu ippreferit, ma ghandha xi nghidu xejn, li tevakwa f'Korfu flok Malta. Mela kienet b'kumbinazzjoni li Icilio Calleja twieled f'Korfu u mhux f'Lixandra jew Malta.



Mil-fidi tal-maghmudija tieghu li tinsab quddiemi u li iddubbahieli dawn il-granet is-surmat Alexander Grech, Malti ta Korfu, li wara li ghadda hajtu kolla fl-Egittu issa rega lura f'art twelidu, jirrisulta li Icilio Calleja twieled fil 25 ta Gunju 1882, u semmewh Antonio Federico Icilio. Il-parrinu tieghu kien Federico Rohonezy di Masco d'Alba Reale fl-Ungerija u l-parrina Katerina Polito tal-mejjet Kristofero.



Kif tghidilna l-istorja u nies ta dawn iz-zmenijiet, malli l-bumbardament spicca u l-Inglizi dahlu l-Egittu, il-Maltin regghu ghal Lixandra u fosthom il-familja Calleja.


Icilio, zaghzugh intelligenti u studjuz, mil-ewwel wera dispozizzjoni ghal kant u nistghu nghidu li l-ewwel debutt tieghu sar fis 26 ta Mejju 1900 (meta kellu tmintax il-sena) meta ha sehem fit-teatrin ta San Frangisk Saverju ta Lixandra f'festa organizzata f'gieh ir-rettur li fiha nhadmet il-kumpanija muzikali "Pauvre Gilles" ta F. Poise u fiha kien jinterpreta il-parti tal-prottagonista, il-gardinar Gilles.



Wara dana s-success, iz-zaghzugh taghna hass gibda kbira lejn il-karriera artistika, imma missieru is-sur Giovanni ghalkemm ma kienx kuntrarju nsista li qabel xejn jehtieg jiehu xi lawrija universitarja u hekk gara li Icilio telaq ghal Parigi u dahal fl-universita "la sorbonne", u wara erba' snin studju lahaq duttur tal-ligi (maitre) u duttur fil belle lettere u rega lura f'Lixandra, armat bil-lawrija li kien esiga missieru, u mimli bl-akbar hrara u xewqat biex jitolbu li jhallieh jissokta l-istudju tal-kant.



Missieru ta ragel li kien ma cahdux mix-xewqa tieghu l-akbar meta nduna li ibnu Icilio, waqt li kien jistudja ghal-avukat kien qieghed issahhah il-lehen tassew sabieh tieghu, u dana seta jarah fil-15 ta Jannar 1904, meta f'kuncert kbir li kien sar fin New Khedivial Hotel ta Lixandra, is-surmast tieghu, il Professur Luigi Calise, ippresentah fir-rumanza ghal baritonu "Aux troupes du sultan" mir-ROI DE LAHORE ta Jules Massnet u fil Prologu tal- PAGLIACCI ta Ruggiero Leoncavallo.



Issa, ismu dejjem ma nghidu xejn bhal dillettant beda jixxerred ma Lixandra kollha, u fl-24 ta Jannar 1905 rega kanta b'success ikbar fil Hotel Khedivial fil kuncert Patino. F'dan il kuncert kanta bcejjec mil-ANDREA CHENIER u l- PAGLIACCI.



Il-hsibijiet ta Icilio izda kienu wisq izjed gholja min dawk li sar joffrilhu d-dillettantizmu u ghalhekk beda jsus wara missieru biex jibghatu jistudja il kant gewwa l-italja, u missieru hass ruhu fid-dmir li ma jichdux min din ix-xewqa u qataghlu xewqtu.



Fit-2 ta Gunju 1906 dejjem bhala dillettant idebutta fit-teatru Verdi ta Firenze fil parti ta Canio fil-I PAGLIACCI. Arco Foa is-surmast tieghu, se jtir bil ferh bis-success li ghamel u il prima donna li kantat mieghu, Emma Carelli, kienet sodisfatta ferm bih. Dan kollu ma setax jonqos ghax l-awtur innifsu ta I PAGLIACCI, Ruggiero Leoncavallo li kien qieghed jisimghu bassarlu karriera mill'isbah.



Wara dana is-success telaq lejn Milan biex jissokta jistudja, u meta kien ilu hemm sitt xhur, jum wiehed waqt awdizjoni li ghaliha kien hemm presenti l-famuz impresarju Giulio Gatti Casazza u Arturo Toscanini, gie mmarkat mil-kbir Arturo. wara nofs siegha kliem - nofs siegha biss - Icilio Calleja ifferma l-ewwel kuntratt mhux izjed bhala dilettant imma bhala artist, fit 3 ta’ marzu 1907, iz-zaghzugh Malti li issa kien lahaq l'ghomor ta’ 25 sena iddebutta fl'aqwa tempju ta l-arti lirika, it-teatru La Scala ta’ Milan fl'opra LA WALLY ta Alfredo Catalani taht it-tmexxijata Arturo Toscanini nnifsu.



Toscanini li kien ghadu haj meta inkitbet din il bijografija u ghalkemm xih ta’ fuq it-tmenin sena kien ghadu jidderigi wahda mil akbar orkestri tad-dinja u ghalhekk mahsub li ma hawn hadd li ma jafx. imma nibza li lil Gulio Gatti Casazza hawn hafna, l'aktar fil generazjoni li tieghla li ma jafux u lil dawn inghidilhom li kien direttur generali Artistiku u amministratur tat Teatru La Scala ta' Milan mil 1898 u wara gie mahtur f'dawn l'istess karigi fil Metropolitan ta' New York. Din l'informazjoni giet mehuda mil ktieb Dizionario dei Musicisti ta Alberto de Angelis stampat Ruma fl'1922.
Mela hekk bdiet il-karriera artistika glorjuza ta dan il kompatrijott taghna li l-Maltin tal lum li jghoddu l-fuq min tmenin sena kellhom il-pjacir, is-sodisfazzjon u l-gieh li jisimghuh ikanta fit-teatru Rjali tghana. l-ewwel fis Sansone e Dalila u wara xi erba snin fl'Otello.



Barra min hekk ftit wisq jew xejn nafu fuqu u kif ga ghidt fil biduta din il bijografija hassejt li dak li sirt naf fuqu jien min fost dokumenti li rajt b'ghajnejja u flejt bl'akbar reqqa kelli niktbu biex ma jintilifx mar rih u mal moghodija taz-zmien jintesa u jindifen ghal kollox.



Halluni izda qabel nghatikhom id-dettalji fuq il-karriera tieghu, nghidilkom kelmtejn kif sirt nafu u fejn iltqajt mieghu. Meta Icilio Calleja qa ta li ma jkantax aktar - kien bejn wiehed u iehor fis sena 1926-27 - irtira f'dar missieru f'Lixandra u baqa migbur fih nnifsu u ftit kienu jafu fejn kien mar trekken ic-celebri tenur Icilio Calleja. Dan sa ta jigri l-ewwelnett ghax dak kien il-karattru tieghu it-tieninett ghax bhala bniedem sentimentali hafna l-mewt ta ommu, u wara ta missieru u ta nies ohra li tant kien ihobb taw tassew gewwa fih u rrendewh kiebi, u divertiment ewlieni li kellu kien il-kacca, u nahseb li dana d-delizzju, indirettament kien il kawza li nqered ta 59 sena, ghax kien ezattament waqt partita tal kacca li huh Michel - iz-zewgt ahwa Michel u Icilio kienu jhobbu lil xulxin daqs il-mimmi tghajnejhom -habat koxtu ma musmar u l-gerha f'koxtu dennietlu u wara xi xhur miet b'avvelenament tad-demm. Icilio, mela, ga imnikket bil mewt tal mahbubin tieghu (ghalkemm gharaftu ghal bosta snin qatt ma naf li rajtu liebes b'libsa li ma kienitx sewda) il mewt ta huh Michel hadha bi kbira wisq u wara xi sena miet huwa wkoll, placidament, fis-sodda waqt raqda ta bil lejl, l'ahhar raqda fit 18 ta Novembru 1941.



Bies nuri kemm Icilio jhobb lil huh nista nzid li wara l'mewt ta Michel, Icilio kien imur ic-cimiterju kwazi kuljum u baqa sakemm infena huwa wkoll.



Kien appuntu permezz ta Michael Calleja - li kien jghamel sehem mieghi mill-kumitat tal-Beneficenza Maltija - li sirt naf li Icilio Calleja kien jinsab f'Lixandra u meta ktibtlu biex ikolli l'unur li nikkonoxxieh u ghidtlu li jien kont tifel ta Guze Muscat Azzopardi, li kien il-president tal gunta Teatrrali dik il hab ta li hu kien mar Malta ghas-SANSUN u ghall OTELLO, ha gost immens u gie ghandi huwa stess u staqsieni ghal hafna nies li kien sar jaf Malta, fosthom il mejjet u l-qatt minsi Sir Michelangelo Refalo, li kien stiednu kiex joqghod fil-villa tieghu fh'Attard, u hemm dam hmistax il- jum.



Wara sirna hbiebta xulxin uta spiss kien jibghatli xi borka (papra selvagga) jew xi nofs tuzzana summien li kien jaqbad, jew ahjar jikkacca huwa stess.

Iz-zmien tieghu kien jghaddih jew fuq il parapett tal-kazin "Mohamed Ali" jew fil hanut tas-sur Pawl Bonnet (Malti iehor bhalna li kien ibiegh l'affarjiet mehtiegha ghal kacca) fejn kien jiltaqghu hafna kaccaturi fosthom diversi Maltin.

Tax-xirkiet Maltin ma kienx midhla imma kien socju ta hafna minnhom, u kul meta gie mitlub qatt ma naqas li jghati l-kontribuzzjoni tieghu.



Gurnata jew tnejn qabel miet iltqajt mieghu fit-trieq - niftakar li kelli mieghi lil binti Vera li dak iz-zmien kella 8 snin - u waqaf biex bhas-soltu jiccajta maghna u jiftahar li huwa kien ta’ razza Zebbugija. Hawn irrid nipprofit ta ruhi biex nghid li jien inhoss li tkun haga xierqa, kieku il-Gvern jsemmi wahda mit-triqatta Haz-Zebbug ghalih. Nimitaw lill-Ingilterra fil-hwejjeg sbieh taghha u nharsu lejn dawk l-artisti - muzicisti, pitturi skulturi etc. - li lilhom gew moghtija t-titolu ta Sir ghaz ghollew isem l-Ingilterra.



Issa nissok ta nghati taghrif fuq il karriera tieghu. Mela kif ghidt fil biduta din il bijografija, il karriera artistika ta Icilio Calleja bdiet meta idebutta fit Teatru La scala ta Milan fit 3 ta Marzu 1907. Wiehed jehtiglu jammetti li l-arti lirika marret lura bil-bosta, il- vucijiet sbieh u kbar naqsu, u ghalhekk kellha tonqos ukoll l-importanza tat-Teatri.


Illum f'La Scala qeghdin ikantaw hafna artisti, u dana kollu jsir bil-fors inkella il-bibien ta dan il-famuz teatru jibqghu maghluqin - li jien sgur, ma kienux jigu accettati 30 sena ilu, u b'dan irrid inghid li l-artisti li kien jirnexxilhom ikantaw f'La scala - u l'aktar fl-stagun tal- karnival - bil fors kien ikollhom ikunu mil-ahjar; mela l-fatt li Icilio Calleja idebutta f'dan it-teatru ga juri l-kobor tieghu mil bidunett.

Importanti ghalhekk ukoll li kultant insemmu l'artisti l'ohra li hadu sehem mieghu kif ukoll is-surmastrijiet tal- orkestra, u nibda biex inghid li fil-"Wally" kantaw mieghu Eugenia Burzio - Adele Ponzano - Amelia campagnoli - Pasquale Amato -Nazzareno de Angelis u Virgilio Mentasti. id- diretturta l-orkestra kien Arturo Toscanini.

Din l-opra saret hames darbiet u l'ezitu kien tajjeb. Dan jirrizulta mil ktieb "La scala" - Note Storiche e Statistiche (1906-1920) ta carlo Vanbianchi li l-editur tieghu huwa Istituto Italiano di Arte Grafiche ta Bergamo, stampat fl'1922.

Mela meta jien ghidtilkom li r-rizultati tad-debutt ta Calleja kien tajjeb ma hloqtux min rasi u lanqas ma ghidtu biex inhaddem ir-retorika tieghu. il-ktieb li semmejt ghandu migbur fih statistika ezattata kull ma gara f'dan it- tempju liriku u izjed il-quddiem taraw li meta opra marret hazin l'awturta dan il ktieb ma stmerrx li jistqarru bla ebda bizata xejn.



Ma ghandna x'inghidu xejn, kull min jazzarda jidher fuq il palk tat teatru, La scala kien ikollu joqghod ghal kritika tal famuzi gurnalisti li b'daqqata pinna, jafu jghidu l-tajjeb u l-hazinta l-interpreti ewleninta l-opri.



Mela jixraq nighdu li fir rivista, "Ars et Labor" ta April 1907 li id-direttur taghha kien il wisq celebri Gulio Ricordi, u sewwa sew fil pagna 395, taht ir-ras "Istantance Scaligere" ingiebet karikatura tac-celebri artist Eugenia Burzio u Pasquale Amato u maghhom id-debuttant Icilio Calleja, li fuqu din ir-rivista stess qalet fil pagna 410:-

Is-sur Icilio Calleja li ghadu kemm ta l-ewwel passi tieghu, ihossu, bla dubjuta xejn, ftit imhawwad mil biza; imma b'dana kollu stajna napprezzaw fih lehnu sabieh skwillanti ta tenur".

Fit 22 ta Novembru 1907, rega deher fl'Aida ta Verdi fit-Teatru 'Sociale' ta Mirandola mal primadonni Davidos u Bergamasco. Il baritonu kien Viglione-Borghese, kantant ta kalibru qawwi li jien smajtu jkan ta f'Lixandra hafna snin wara fil "Fanciulla del West" u "Aida". Is-surmast tal kori kien Guagliumini u s-surmast tal orkestra Sturani. Wara sewwa sew tliet xhur, jigifieri fis 27 ta Dicembru 1907 kan ta is- Sansone e Dalila fil communale ta Ferrara ma l-Aguzzino u n-Novelli, taht il baketta tal maghruf surmast Belucci. Din l-opra izjed il-quddiem tant ipperfezzjona ruhu fiha li gie kkunsiderat bhala l'aqwa interpretu taghha.


Fit 30ta Jannar 1908 hareg b'opra ohra. Din id-darba messet lil 'La Siberia'ta Umberto Giordano, li kantha go Ferrara, ma Lina Foshesato, Viglione-Borghese, Fabbro u Novelli.

Milli jiher il-pubbliku ta Ferrara iggennen wara l-lehen ta Calleja ghax fid 29 ta Frar 1908, tah 'Serata d'Onore' li baqghet tissemma ghal zmien twil u minn fost il folla li biha kien mizghud it-teatru u specjalment il-gallerija fejn generalment ikun hemm il veru poplu li ma jistax ihallas, imma jifhem hafna - ittajjar par hamimiet li ma ghonqhom kellhom marbuta zagarella bid-dedika 'Al Tamagno Egiziano'.

Is-sena 1908 issoktat tkun ta glorja kbira ghal-kompaizan taghna ghax fid-19 ta Marzu rega kanta f'La Scala, fil 'Forza del Destino'. Kif jidher mir-records imsemmija aktar il fuq l'opra ma nghogbotx u l-artisti, kwazi kollha, gew ikkritikati. Jekk Calleja kienx wiehed milli ma nghogbux ma nistax inghid, imma nista nghid bla ebda dubjuta xejn li f'dawk iz-zmenijiet il-kritici kellhom pretenzjonijiet kbar u ma kienu jahfruha lill hadd. Jien nghidilkom biss li l-artisti li hadu sehem mieghu, f'dik l'okkazjoni kienu kollha celebritajijiet kbar, jigifieri baritonu Pasquale Amato, baxxi Nazzareno de Angelis u Ribonato, u prima donni Garibaldi u Ester Mazzoleni. L- ezitu gie deskritt bhal hazin u l'opra saret darba wahda biss.

Fl 1 ta Mejju 1908 kanta Un Ballo in Maschera, fil Massimo ta Palermo, mad-Drietti, Petri u Galeffi, u fil 11 ta Awissu 1908 l'Aida fit teatru La Fenice ta Senigallia mal Boninsegni, u Marchesini, comune u carozzi. Surmast kien Biondi. Fl'1909 gie skritturat biex ikanta fil Kajr fit Teatru Khedivial (fejn kien saret ghal-ewwel darba l-'Aida' ta Verdi miktuba fuq talba tal Khedive) u ghalhekk fil-25 ta Frar kanta ghal ewwel darba fl'art adottiva tieghu, mhux izjed bhala dilettant, imma bhala artist komplit minn kollox u ta isem. Il primadonni li kantaw mieghu fl'Aida kienu Eugenia Burzio u l'Alvarez u Ramboldi.

L'entuzjazmu li qanqal fost il Kajrinikien tassew kbir u Icilio stess irrakkuntali li kemm dam ikanta il Kajr qatt ma rnexxielu jmur lura il lukanda bil-karozza mibuda mis-solti zwiemel ghax il-pubbliku kien izarma l-bhejjem biex ikollu s-sodisfazzjon li jgorr lit-tenur Calleja huwa nnifsu fost capcipu ghajat kbir.

F'din l-okkazjoni mhux ta min ohalli barra incident zghir li gara lil Calleja u li irrakkuntahuli habib tieghu li nzerta presenti ghal dik l-okkazjoni u li l-lum jinsab f'Malta. Fl'ahhar att ta l-opera, wahda min noti tar-registru gholi ma hargetx tajjeb jew ahjar hargitlu impusta ta hazin. Calleja tfantas mieghu nnifsu u meta spicca l'att ma deherx fuq ir-ribal ta ghac-capcip imma il-pubbliku Kajrin insista biex il benjamin tieghu jidher u fl'ahharnett; ghalkemm kontra qalbu Calleja deher serju u rasu baxxa. It-teatru kien se jaqa bic-capcip u bl-aghjat.

Sadattant, fil waqtiet hielsa tieghu, kien qed jistudja b'hegga u hrara l-ispartit ta l-opra 'Zulma' li l'awtur surmast Romano Romani kien fdalu, wara hafna xhur ta thejjija saret fit-teatru Goldoni ta Livorno fit 30 ta Novembru 1909. Mieghu kantat il Burzio. L'awtur tant baqa entuzjazmat li stqarr pubblikament li "il partita Feodor giet interpretata tant tajjeb li mhux possibli li haddiehor ikantha ahjar u aktarx anqas l'istess".

F'Dicembru 1909 gie skritturat biex ikanta s- Sansone fit-teartu Petruzellita Bari, u fl'istess Teatru fis-16 ta Jannar 1910 kan ta 'Un Ballo in Maschera' mal primadonni Pucci u Alasia u l-baritonu Bione. Qabel ghalqet din is-sena tal-karriera tieghu Calleja kellu jghamel success kbir iehor meta taht it-tmexxija tac-celebri Tullio Serafin, fil 5 ta Settembru 1910, rega kanta fil Goldonita Livorno, l'opra 'Zulma', bhala serata d'onore tieghu u kritiku tal gurnal 'Il Telegrafo' sejjah lil Calleja 'In Napuljun tat-tenuri' u fost wiehed mis-sunetti li kitbulu kien hemm dan il kliem tassew sabieh.


Fior di Ninfea

E la tua voce un mar di melodia

che ci carezza, ci rapisce e bea

Tamagno e morto

ma degno erede del suo sacro serto

Calleja solo trionfando e sorto.


Bejn 1910 u 1911 Calleja deher f'zewg opri ohra il 'Lorelay' ta Alfredo catalani fit-teatru Verdita Firenze u l- 'Germania' fil carlo Felice ta Genoa. Fit-teatru Municipaleta Modena kanta s-Sansun.


Fis-16 ta April 1911 gie skritturat ghat teatru Minervata Udine biex flimkien mal cucini u Galli jkanta s-Sansun taht it-tmexxija tas-surmast Guarnieri.


ghandi quddiemi r-'Rivis ta Teatrale Melodrammatica' ta Milan tat-18 ta Mejju 1911. Din ir- rivista gabet pagna shiha fuq it-tenur Calleja u rrapurtat x'qalu l'gurnali Patria, corriere ta Friulli, 'Giornale' ta Udine, 'Gazetta u 'Gazettino' ta Venezia, 'Resto del carlino', 'Popolo Romano', 'caffaro', 'Avanti', 'Paese u 'Adriatico'. Kliem mil isbah u li tassew iqawwi l-qalb u juri kif il gurnali ta l'Italja kienu jaqblu ghalenija fi kritika taghhom biex ighollu li-tenur taghna mas seba smewwiet u ddeskrivew lil lehnu bhala qawwa kbira, setghan, mimli espressjoni, resistenti, ta effetti drammatici, u fl'istess hin melodjuz u kontrollabli b'mod tal ghageb. Dan barra dizzjoni mil-aktar cara fir-registri kollha u kontroll kbir fin noti gholja. Ma din il grazzja t'Alla kollha Icilio Calleja kellu wkoll arti kbira fl'irtokk u fix-xeni. f'kelma wahda arist perfett u ideali.



Is-sera ta tas 16 ta April 1911, f'Udine, tibqa' mfakkra ghar-rigal sabieh li Calleja qala' millpubbliku, mill impriza u minn ghand l-artisti shabu.




Fl-1912 gie msejjah fit Teatru Ponchielli ta cremona biex hemm ukoll jisimghu c-celebri tenur Icilio Calleja f'wahda mill akbar interpretazjonijiet tieghu: l-opra Sansone e Dalila ta Sainte Saens, u dan jien nis ta inwettqu bla biza ghax il-kliem "A mon monmeilleur Samson", miktub minn Sainte Saens innifsu rajtu miktub taht medalja tad-deheb li l- awtur ta din l-opera kolossali ghogbu jghati lil Calleja flimkien ma' l-awtografu tieghu bhala l-isbah u l-aqwa rikordju u indirettament sewa bhala l-ghola certifikat.



Issa - wara biss hames snin karriera - isem Icilio Calleja, barra milli kien inxtered ma l-Italia kollha, ghax ga deher fuq, hafna palkijiet importanti taghha. L-Italja l- benniena ta l-arti lirika - beda jidwi wkoll barra mix-xtut taghha u fil-21 ta Dicembru 1912, beda jwettaq l- iskrittura li kien iddobba mic-chicago Grand Opera company, maghrufa bhala impriza Dippel, u bhala l-ewwel opra kanta ma Stanley u cosfa. I Pagliacci ta Leoncavallo f'chicago. L- Aida fi New York, u l-Gioelli della Madonna ta Wolff-Ferrari f'chicago. Kan ta wkoll f'Philadelphia, Baltimore u cincinnati.


Hawn ta min isemmi li Calleja kien kanta u interpreta ghal-ewwel darba fl-Italja s-sabiha opra fuq imsemmija "Gioelli della Madonna".



Nahseb li ma hemmx bzonn nghid li din l-impriza Dippel imsemmija fuq, kienet tghamel l-affarjiet bil kbir u mhux ta xejn kellha isem mad-dinja kollha. Infatti l-artisti skritturati minnha kienu jkunu l-ahjar tad-dinja. Fost l'artisti li f'dan l'istagun kien hemm skritturati ma Calleja ta min isemmi lill caruso, Bassi, Zenatello. Mela nistghu bla biza xejn inghidu li t-tenur Malti issa kien beda riesaq lejn dik li nsejhulha 'L-ghola targa tal karriera tieghu".



Bejn April u Mejju ta 1913 kanta b'success kbir fir teatri "Margherita" ta cagliari, is-Sansun u z-Zulma, ma Segura-Talien, Krismer, Armentano u Pini-corsi u f'din l- istess sena, kif ser tisimghu, ha l-akbar sodisfazzjon ta hajtu u l-kuruna tar-rand li kienet tisthoqqlu.



Fis-sena 1913 ghalaq ic-centinarju mit-twelid ta l'akbar zewg musicisti li qatt rat id-dinja - X'sena prolifika, kienet dik u s'issa ma dehrietx ohra bhala: Giuseppe Verdi u Richard Wagner, u l-Italja kienet imhegga u mqanqla biex tqim lil dawn iz-zewg genji kif imiss. Wagner, ghalkemm jiena ghandi ghalih l-akbar qima, ma jidholx fl'istorja tghana, ghalhekk b'soghba ta qalbi jkolli nhallih fil genb imma Verdi jehtieg insemmih bosta ghax it-Taljani hejjew ghalih programm kbirbiex jghatuh dak il gieh li kien haqqu u xtaqu li jikkommemorawh kif jixraqlu. ghalhekk minn fost il-ghadd kbir ta nies li hadu sehem f'din il-kommemorazzjoni nghazlet kummisjoni maghmula minn Arrigo Boito u Tullio Serafinli f'idejhom hallew il-ghazla ta l-opra Verdjana u l-artisti li kellhom ikantawha.



Billi Verdi kiteb bosta opri, fi zminijiet diversi, bi stil wiehed mhux bhal iehor, l-ghazla kienet difficli imma wara hafna laqghat u diskussjonijiet qatghu li l-izjed opra adatata kienet l-Otello, u mindu nkitbet ma kinetx saret fit-Teatru La Scala hlief mic-celebri Tamagno, u mindu miet hu, ma tkantatx hemmhekk minn hadd izjed.



Nahseb li fost il-generazzjoni tal-lum (circa 1957) l- akbar ghadd fosthom anqas qatt semghu b'dan it-tenur celebri; ghalhekk nixtieq nghidilkom li Francesco Tamagno skond il bijografija E. De Amias li hareg dizzjunarju tal muzicisti f'Palermo fl-1902, u A. Della corte u G.M. Gatti, li hargu wkoll "Dizionario de Musica" fl'1927), twieled f'Torin fl'1850 u miet f'Varese fil 31 ta Awissu 1905, u kien celebri. Kan ta l-ewwel darba f'Palermo fl'1873 f'Ballo in Maschera u ghamel success kbir fit-teatru La Scala ta Milan meta kanta l'Ernani. baqa jkan ta dejjem b'success kbir, fl-aqwa teatri ta l- Ewropa u l-America. Fil 1887 holoq il-persunagg ta Otello ta Verdi, li ghalih kien gie miktub, f'La Scala ta Milan.



Nergghu issa ghal-istorja taghna i nghidu li d-difikultajiet li ltaqghu maghhom il-membri tal-kummisjoni biex jaghzlu l-interpreti ta din l-opra ma jistghux jonqsu. Imma fl-ahhar l-ghazla saret u bhala tenur inghazel Icilio Calleja. Billi Calleja izda ma kienx Taljan inqalghu fil gurnali diversi polemiki imma il kummisjoni baqghet iebsa fid-decisjoni taghha ghax l'Otello kellu jsir mill ahjar nies disponibbli f'dawk iz-zmenijiet. L-artisti l-ohra li nghazlu mieghu kienu: Sopran Linda cannetti, Baritonu Mario Sanmarco u Giuseppina Bertazzoli, Romeo Boscacci u Berardo Berardi.



Il-famuza opra Otello ghalhekk wara bos ta snin regghet dehret u nstemghet fuq ir-ribalta ta dak il-wisq maghruf teatru, u kien tassew unur ghal Calleja li wara Tamagno, li ghalih Verdi kien kiteb l-Otello, li kienet giet rappresentata ghal-ewwel darba fil-5 ta Frar 1887, kellu jkun l-ewwel wiehed li jerga jkantah f'dan it-tempju ta l'arti Lirika. Madankollu dan ma setax jonqos ghax bniedem studjuz, kompjut, attent u akkurat bhal Icilio ftit kien hawn u ftit ghad ikun hawn, u dana barra min doni naturali li jinhtiegu biex artista jissejjah celebri. ghidtilkom li Calleja kien istudjuz. U kif ukoll: Kull opra kien jistudjaha bl-akbar reqqa, bl-amment, il kant u l-kliem, il partijiet mhux biss tieghu, imma sehem kbir min ta l-ohrajn ukoll. Kien jistudja l-orkestrazjoni, l-effetti xenici, id-dawl, kull pass li kien jghati fuq il-palk kien ikun meqjus bl'effetti tieghu kollha. il kull min huwa interessat kien jistaqsieh id-diffikultajiet kollha li kienu jiguh f'mohhu.




Isimghu din: Malli qalulu li kien gie maghzul biex jinterpreta l-Otello tant dahal fil karattru ta dan il persunagg, bl'irqaqat kollha, li sahansitra qara trattat shih fuq il marda epilssija (li bil-Malti nsejhula tal-qamar) minhabba fil fatt li Otello - il veru Otello - kien epilettiku. Mela kull tahrika li kien jghamel bhala Otello l-aktar f'waqtiet ta eccitament u soghba li jibdew jidhru fit tieni att u jitqawwew fit-tielet att, kienu jkunu dawk l-istess tahrikiet li jghamel fil hajja vera bniedem epilettiku. Imma min fost il- publiku ta Italja ta Malta ta Spanja u kull fejn Calleja interpre ta l-Otello, kien jinduna b'dawk il mossi genwini li kien jghamel Calleja biex jimita hekk tajjeb lill epilettiku Otello. Li Calleja fl-interpretazzjoni ta Otello kien jafu kulhadd, imma x'ghamel biex johrog dawk l- effetti intimi, kienu jafuh biss kritici gurnalisti ta kalibru.



Bhala ragel metodiku kien ighozz l-ispartit ta l-opra tieghu f'librerija ghaliha, illegati kollha xor ta wahda u b'legatura lewn wiehed. Darba wahda hareg wiehed fost dawk l-ispartiti u qalli "Aqta ta min hu dak it-tgerfix u tharbix li qed taqra? Dawk il-legaturi, dawk in-nifsijiet, dawk is-sinjali. Kabalistici?"



Naturalment ma gharaftx inwiegbu u ghalhekk qalli b'nofs dahka li kienu kollha sinjali imhazzin minn Boito nnifsu biex 'Otello' jidher quddiem il-pubbliku kif tassew hu.



U issa li semmejt lil Arrigo Boito irrid ingib hawn taht xi qrajt fil gurnal 'Adriatico' ta l-24 ta Novembru 1913:-



"Arrigo Boito xi granet ilu hass li ghandu jitla fil kamrin ta Calleja biex iffahru bl'akbar qawwa u biex ighidlu li huwa kien jikkunsidra lill interpretazjoni tieghu (fl'Otello) bhala wahda fost kollha li kienu nstemghu f'dawn l-ahhar snin wara dik tal qatt minsi Francesco Tamagno".



F'dak l-istagun l-Otello sar tlet darbiet b'ezitu tajjeb ferm. Imbaghad bdew ir-reciti starordinarji ghac- centinarju ta Verdi u rega sar ghal tlettax il-darba, dejjem b'success. Wara xi ftit reciti s-sopran claudia Munzio dahlet tkan ta minflok cannetti.



Wara dan l-istagun imsejjah mill-gurnali kollha bhala grandjuza l'opera Otello ghebet minn fuq ir-ribalta ta La Scala skon ir-ricordi li ghandi quddiemi u li jwassluni sal 1924, ma saretx aktar. U dana ifisser li mill 1887 sal 1924 (aktarx aktar) medda ta kwazi 40 sena, zewg tenuri biss kellhom ix-xorti u l-unur li jkantawha fl-aqwa ta l-arti Lirika: Tamagno u Calleja.



Fis sena ta wara, jigifieri fis sena 1914, barra fl-Italia, Calleja kanta wkoll fi Spanja fejn il- pubbliku, - kif darba qalilna c-celebri tenur Giuseppe Krismer li kien ghamel success kbir f'Malta fl'1918 u xi sentejn wara. Jifhem hafna, ezigenti hafna u ma jahfirha lil hadd.



Kien ghalhekk wara li fit 22 ta Frar 1914 kanta f'La Scala l-Abisso ta Smareglia, ma'Ernestine Poli- Randacco, claudia Munzio, Berardo Berardi u Emilio Bione fis 16 ta Ottubru fir-Regio ta Parma l-Otello ma Tedeschi, Baldassare u Montesanto u telaq ghal Spanja u hemm kanta fil Real ta Madrid, l-Otello mal- cagliardi u Montesanto, fit 3 ta Dicembru 1914 u fil 21 ta l-istess xhar in-Norma ta Bellini, kif ukoll fl-istess teatru ma capella u l-wisq maghruf baxx Gaudio Mansueto.



F'din l-okkazjoni t-tenur taghna kellu l-unur li jigi mistieden fil Palazz Irjali ta l-Infanta Donna Isabelle.



Fil 1915 zewg teatri ohra kellhom il-pjacir li jilqghu lil Calleja: Fit 18 ta Frar kanta l-Otello fit teatru Grande ta Brescia, ma Rimini u Ronolfi u fis 6 ta April fil Liceo ta Barcellona rega kan ta l-Otello, ma Ida Quaiatti Segura u Mascheroni.



Ta min isemmi li fi Brescia kienet inghaqdet deputazzjoni biex tipprezen ta lil pubbliku brexxjan u offriet lil Calleja midalja tad-deheb b'dan il- kliem:-




"All Grande Otello - Icilio Calleja
carnevale 1915
La deputazione del Teatro Grande"



F'din l-stess sena 1915 deher il ktieb "Vibrazioni canore," ta Sivio, kritiku mill izjed imfittxija ta zmienu. Dan il-ktieb kien jikkonsisti f'serje ta kritika ta l-izjed hwejjeg prominenti f'dik l-epoka. Wiehed mil arikoli ta cervi kien sewwasew jitratta fuq l'Otello, kif kien gie interpretat minn Calleja, Tedeschi, Baldassare u Montesanto.



Dan juru bizzejjed kif kien mizmum mill'istampa Taljana, madankollu issa kien lahaq tant fil gholi li xejn ma seta jdennes il fama tieghu.



Fil 1916 barra mis-Sansun fit teatru rande ta Brescia mal Guerini, Boninbi u Galli, kanta wkoll fil costanzi ta Ruma il-lum imsejjah Teatro dell'Opera) fis 7 ta April, l-Otello mat-Tedeschi u r-Rimini, u fit 2 ta Jannar fis San carlo, ta Napli ukoll l-Otello ma cannetti u Rimini.



F'din l-istess sena fis 26 ta Dicembru, rega ghal darba
ohra, deher f'La Scala fl-opra Fernando cortez ta Gaspare
Spontini, ma Ester Mazzoleni, Giuseppe Danese, Gaudio Mansueto u
Attilio Munzio. L-ezitu kien tajjeb u l-opra saret hames darbiet.



F'din l-opra, barra mill hila tieghu fil kant u l- arti xenika wera wkoll x'jaf jaghmel fl-arti ta l- irtokk, ghax l-irtokkatura tieghu tant inghogbot li, kif qalli huwa nnifsu, hadulu ritratt biex il persunagg ta din l-opra jibqa presenti fil Muzew ta La Scala.



Hawn ta min isemmi li Calleja kien jirtokka lillu nmifsu u satghejn qabel ir-rapresentazzjoni kien ga jkun fil- kamrun tieghu biex bl-akbar kalma u dehen jghati lill persunagg li jkun irid jirraprezen ta dak il karattru u dik is sura mehtiega. u marbuta mal-irtikk qalli grajja ta min isemmiha. Darba, ma' tul l-ewwel gwerra dinjija, kien qieghed fil kamrin taht il-palk jirtokka ruhu ghal xi opra, meta nstemghu l-ajruplani tal-ghadu gejjin u s-serena habbret l- allerta. Min fuq bdew isejhulu biex jitla malajr imma huwa deherlu li haga importanti bhal dik li kien qed jghamel (l- irtokk) ma setax jaqtaghha fin nofs......... u baqa jirtokka ruhu. ghall grazzja ta Alla ma gara xejn fuqu serju.



Aneddotu iehor ta min isemmih hu li bhalma darba l- famuz baritonu Titta Ruffo (li jien kelli x-xorti kbira li nisimghu f'kuncert) biex juri kemm kienet estiza il-vuci tieghu, kanta il parti tat tenur fil Pagliacci, hekk ukoll Calleja, biex juri kemm kien jilhaq tajjeb in-noti tar-registru j'isfel kanta il parti ta carlo Gerard fl-Andrea chenier ta Umberto Giordano. Dan kien fis 16 ta Ottubru 1917 fit teatru costanzi ta Ruma u mieghu kantaw Giuseppe corti u Amina Albani.



F'dik l-istess sena , xhur qabel jigifieri fil 25 ta Frar, kien rega gie skritturat biex flimkien mal-baritonu Segura Tallien, taht il bakket ta tas-surmast Saco del Valle, kanta s-Sansun fir Real ta madrid.



'Records' fejn u x'kanta, Calleja fis-snin 1918 u 1919 ma ghandix. Jew kien ha xi dispjacir u warrab ghal xi ftit mir-ribalta, jew beda jhoss xi ftit il-ghajja, jew xaba' jigbor dak il weraq tar-rand imhazzez fuq il-ghadd kbir ta gurnali li kienu jitkellmu fuqu naqsu sewwa u me ta fil-1919 kien gie avvicinat minn Giustu German - il factotum tat teatru Rjal taghna f'dawk iz-zmenijiet biex jasal wasla sa Malta, ghalkemm taht kondizzjonijiet xejn iebsin ghall-fama li kellu ghax kien dejjem mixtieq li jara l-gzira li kienet tat il-wild lil nannnuh, u ghalkemm inghogob hafna hafna il fatt jibqa li Calleja kien tilef bos ta mill-limpidezza u l- qawwa tal-vici tieghu. Imma l-esperjenza, l-arti xenika, id-dizzjoni u tant affarjiet ohra li kiem imzejjen bihom kienu ghadhom hajjin fih me ta fit 3 ta Jannar 1920, deher fis-Sansone e Dalila (flimkien ma' Dolores Frau, il-baritonu Nazzarini u l-baxx Sabellico, taht il bakketta tas surmast Puccetti) il Maltin kollha qamu ghagha wahda biex iqimu lill kompatrijott taghhom b'dak kollu li kien tilef minhabba fi zmien li kien ghadda minn fuqu, Icilio Calleja kien ghadu dejjem l-akbar interpretu tas-Sansun kif bilhaqq kollu kien sejjahlu Sainte Saens.



Il-festi li ghamlulu il-Maltin u r-rigali li kienu qima, ghax kienu qajmu fih entuzjazmu kbir ghal dik l-art, li ghalkemm ma kienx twieled fiha, imma kien ihoss id-demm taghha jigri fil vini tieghu. L-isem ta Malta u ta Haz- Zebbug, Icilio Calleja ma nsihom qatt.



Fl-ahhar tal karriera tieghu, issa kienet bdiet toqrob sewwa. Calleja taha ghal opra ta Wagner li skon l-opinjoni tieghu kienu jehtiegu studju profond. L-ewwel dehra tieghu f'din is-serje grat fid 19 ta Dicembru 1922, meta interpreta fis San carlo ta Napli, il parti ta Sigfried. Is- sopran kienet Ruskowska, il baxx Donaggio u s-surmast Tullio Serafin. F'dik l-istess stagun, li donnha qanqlet fih hegga gdida, kanta l-Otello ukoll fis San carlo fis 6 ta Frar 1925, ma Iva Pacetti u Enrica Nani.




Hawn irrid insemmi grajja kbira ohra ta hajtu. Il migja tieghu f'Malta biex ikanta l-Otello. L-ewwel dehra tieghu kienet fit 2 ta Ottubru 1923, u hadu sehem mieghu Emilia Piavi u Luigi Piazza. Kif il maltin raw l-Otello dik id-darba hija haga difficili li jergghu jarawh, ghax fuq ir- ribalta ta l-Italja, u meta fl-arti lirika tghid Italja qisek qed tghid id-dinja, minn dak iz-zmien il hawn ghad ma deher hadd li b'xi mod jista jisboq lil Calleja.



Ma' tul din iz-zjara Malta laqghet lil Calleja kif tassew jisthoqq lil wiehed kompatrijott taghna li incidentalment kellu jinzerta kantant artist li ma jonqsu xejn. U l-Maltin kellhom ragun ghax kienet giethom ix- xorti li jaraw l-akbar interpretu tal-Otello lid-dinja qatt rat wara Tamagno. Li kieku Calleja ma nzertax Malti aktarx li Mal ta ma kienitx tkun tis ta tgawdih minhabba l-finanzi.



Il-laqgha li l-Maltin ghamlu lil Calleja, hu ma nsieha qatt u huwa nnifsu stqarr mieghi li l-kommozzjoni li kien hass meta fis-serata d'onore li tawh sab ruhu mdawwar b'dawk il bandalori ta elf lewn li kien jappresentaw il baned kollha ta Malta, u meta sama dawk it-tahdidiet hergin mil qlub ta Maltin bhalu (fosthom id-diskors' ewlieni ta Alla jahfirlu, missieri li kellu l-kariga ta President tal Uni ta Teatrali), ilsienu zammlu u setax iwiegeb kif xtaq hu.



Ir-rigali hafna minnhom ta valur, li kienu tawh xtaq kieku li jibqa' jghozzhom kollha kemm huma, li gralu u li aktarx f'Malta ftit jafu bih. Kif wasal fi Sqallija wahda mil valiggi li fiha kellu parti minn dawn ir-rigali, insterqitlu u ma rnexxilux li jsibha. ghalhekk gara li hafna mit tifkiriet li xtaq tant ighozz sa l-ahhar jiem ta hajtu, sab ruhu michud minnhom, bl-akbar soghba tieghu. Imma dak li l-hallelin ma rnexxilhomx joftmuh minnhom baqghu dejjem l- ghozza tieghu u jien ghadni niftakar qisu l-bierah me ta b'dahka fuq wiccu kien jurini dghajsa ta ghawdex tal fidda' li kien izomm fuq stand fil kamra tas-sodda tieghu, parcmina bid-dedika li kien inkwadra u qieghdha fis salott. Hafna Maltin li f'dak iz-zmien kien ghamel habib maghhom, baqa jiftakar b'isimhomu kien ta spiss jistaqsini ahbarijiet fuqhom.




Wara li telaq min Malta rega kanta l-Otello fis San carlo ma Rosetta Pampanini u l-baritonu Inghilleri. Dan kien fit 8 ta April 1923.



U ftit xhur wara, jigifieri fit 23 ta Awissu 1923, deher f'opra ohra ta Richard Wagner. Din id-darba messet lit Tristano e Isotta li giet ezegwita fit-teatru Donizetti ta Bergamo flikien ma lena Ruskowska, Maria capuana, Francesco cigada u Giuseppe Quirze Taperge.



Fil 24 ta icembru 1924 kanta fit-teatru Verdi ta Trieste din l-istess opra ma de Zorze, Adele Ponzano, Marone, Persichette, taht il-bakketta tas-surmast Gino Neri, u f'Marzu ta l-1925, dejjem, fl-istess teatru is 'Sigfried' ma Algos, Di Leo, De Zorze, Manai u s-surmast Neri. Min intervista li Calleja kien ta lill kritiku tal gurnal 'Il Piccolo' ta Trieste, jirrizulta li l-opra ta Wagner kienu ghal qalbu, imma kienu aktarx skabruzi u forsi ipprecipitaw xi ftit, elghuq il karrier tieghu. Bhallikieku s-Sigfried, skond Calleja ghandha l-itwal parti ghat-tenur, u tghodd 9700 nota.


X'kanta wara Marzu ta 1925 ma jirrizultax mir 'records li waqghu taht ghajnejja, imma l-avukat Vincenzo Refalo (illum magistrat) li Alla jahfirlu missieru - is-sur Michelangelo Refalo - kif ga ghidna fil bidu ta din il- bijografija kien laqa f'daru lit-tenur Calleja u li ghalhekk baqghu hbieb hafna ta xulxin, assigurani li fl'1926 iltaqa' ma Calleja f'Milan u dik il habta kien qed ikanta xi opra ta Wagner. Skond ma kitibli Dr. Antonio ghiringhelli - is supretendent tat-teatru Alla Scala, fit 22 ta Jannar, l- isem ta Icilio Calleja ma jidhirx fil kartelluni ta l-1926, mela ghandi nobsor li kien qed ikanta f'xi teatru iehor ta Milan.


Jekk Calleja kanta wara l-1926, ma kantax hlif ftit u dan jghatini x'nahseb li kienet ix-xewqa tieghu li jirtira b'dak l-isem ta celebri ta li bih kien maghruf f'kull fej deher mill-ewwel mument li qieghed riglejh fuq il palk ta La Scala, fit 3 ta Marzu 1907 sa ghoxrin sena wara.


Meta jien gharaftu f'Lixandra f'xi 1935 kien bniedem donnu anqas jaf x'jigifieri palk u biex kont naqla xi haga minn fommu kont irrid inbati hafna. Fuq hwejjeg ohra kien jitkellem bl-akbar hbiberija u jekk irnexxieli wara li miet, nissellifhom ghal xi zmien min ghand il mahbuba bintu Glorja.


Soghba kbira ghandi f'qalbi li ma lahaqx tani - kif kien weghedni li jghamel meta jiddecidi li jiftah il bagoll li zamm maqful min mindu temm il karriera tieghu u li fih kien jghozz l-ahhar fdalijiet tal karriera tieghu - il libsa tieghu li kien jilbes fl-Otello u bust tieghu, li kien jixbhu ferm, li kellu hsieb jirregalarmi biex jien nghati lil kustodju tat teatru Rjal taghna (mur ghidlu x'herba jinsab it-teatru tghana min ghaxar snin l'hawn).


Dan il bust kien ghamilulu skultur Pollak li kien ghaddej mil Lixandra. Is-sabiha hi li dan l-iskultur ma kienx jaf min hu Calleja u darba resaq fuqu u talbu biex ihallih jipproduci bl-iskultura wiccu li hu (l-iskultur) kien jidhirlu kellu lineamenti ta artista tajbin hafna, biex jigu riprodotti. Meta wara sar jaf min kien Calleja beda jidhaq u qallu: "Mela ma kontx zbaljat".


Qabel nghalaq ma ridx ninsa nghid li d-diski li jipproducu lehen Calleja kien saru fi zmien me ta s-sistema tar-'recording kien ghadu aktarx lura u boghod hafna mil perfezzjoni u lilu ma kienux joghgbuh.


Ta min isemmi ukoll li Calleja darba kien gie dekorat mir
Re ta l-Italja bit titolu ta "cavaliere della corona d'Italia" dekorazzjoni li ftit kienet tinghata lil artisti mhux Taljani.


L'Isabeau ta Mascagni u l-carmen ta Bizet kienu ukoll fir-repertorju tieghu imma ma stajtx insib hjiel ta fejn u meta kanthom.


U hekk kull ma kont naf fuq Icilio Calleja c-celebri tenur Malti, tgharif li gbart min fuq il gurnali u rivisti ta zmienu u minn dokumenti ohra, u xi cekcik iehor li smajt minn fommu nifsu, xtaqt niktbu biex dawk ta warajja jkunu jistghu jiftahru u bil haqq kollu li fost il Maltin kbar gharfet tghati c-ckejkna Malta taghna, kien hemm artista ta l-opra lirika li mhux biss kien irnexxielu li jmidd riglejh ghal kemm il darba fuq ir-ribalta tal-famuz teatru 'Alla Scala' ta Milan, l-aqwa tempju ta l-arti lirika, imma jkun ukoll wiehed mill-ftit li ddebuttaw il karriera taghhom gewwa fih u fih raw l-ikbar success tal karriera taghhom.


Din il-bijografija kitibha Gino Muscat Azzopardi. Hadtha minn fuljett li jiena kont xtrajt mid-DOI xi 40 sena ilu. Niftakar ukoll li ma dan il-fuljett kont xtrajt id-Dizzjunarju ta' Dun Karm mill-istess post.